Sunday, May 5, 2024

Manchester United jistgħu jiġu mkeċċija mill-kompetizzjonijiet Ewropej …

Aqra wkoll

Is-sjieda ta’ Jim Ratcliffe ma’ Nice tista’ tara lil Manchester United “imkeċċija” mill-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġun li ġej.

Il-ftehim ta’ Ratcliffe ta’ £1.3 biljuni għal sehem ta’ 25% fil-club ta’ Old Trafford għandu jiġi kkonfermat formalment fil-ġimgħat li ġejjin. 

Iżda l-biljunarju Ingliż u l-grupp tiegħu Ineos, diġà għandhom lil Nice, li jinsabu fit-tieni pożizzjoni ta’ Ligue 1 – punt biss wara Paris Saint-Germain.

Hekk kif il-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League se tkun estiża mill-ista­ġun li ġej, it-timijiet Franċiżi se jingħataw tliet postijiet awtomatiċi u post ieħor permezz ta’ play-off … filwaqt li l-Premier Lea­gue se jkun rappreżentat minn ħames timi­jiet. 

Iżda skond ir-regoli ta’ “sjieda ta’ multi-clubs” tal-UEFA, l-uniku mod kif il-Uni­ted u Nice jistgħu t-tnejn jilagħbu fl-Ewropa fl-istaġun li jmiss huwa jekk wieħed jissiġilla post awtomatiku fiċ-Champions League u l-ieħor jikkwalifika direttament għall-Conference League.

Jekk it-tnejn jispiċċaw fil-postijiet taċ- Champions League fil-kampjonati  rispettivi tagħhom, it-team li jispiċċa ogħla mit-tnejn jikseb il-post bl-ieħor ikun ipprojbit milli jieħu sehem. 

U jekk it-tnejn jispiċċaw fl-istess pożiz­zjoni, il-klassifika tal-Ingilterra fil-quċċata tal-“lista ta’ aċċess” tal-UEFA tfisser li t-team immexxi minn Erik ten Hag, li jinsab fis-sitt post, jikseb id-dritt għall-kompetizzjoni tal-Premier Ewropea – li tiswa sa £140 miljun fi drittjiet televiżivi u premjijiet – filwaqt li Nice ikunu “relegati” għall-football domestiku biss.  

Madankollu, jekk Nice jispiċċaw ir-raba’ – il-post tal-play-off taċ-Champions League ta’ Ligue 1 – u f’każ li jitilfu l-play-off u jid­ħlu fl-Europa League ifisser li l-Uni­ted ikunu wkoll imċaħħda milli jilagħbu fit-tournament sekondarju tal-UEFA anke jekk jikkwalifikaw direttament għal dan billi jispiċċaw fis-sitt pożizzjoni jew jirbħu l-FA Cup.

F’dan il-każ, l-uniku ċans ta’ Manchester United li jilagħbu fl-Ewropa jkun li jirbħu l-League Cup jew jispiċċaw is-seba’ u jittamaw li r-rebbieħa tal-League Cup jikkwa­lifikaw għall-Ewropa li jara l-premju tal-post  tal-Conference League għar-Red Devils. 

Kelliemi tal-UEFA kkonferma: “Kif inhuma r-regoli, hija sitwazzjoni ċara. Ineos hija proprjetarja ta’ Nice u se jkollha rwol sinifikanti fit-tmexxija tal-club tal-United.

“Sakemm ma jinbidlux ir-regolamenti, jew Ineos ma jbigħux wieħed mill-ishma tagħhom, iż-żewġ clubs involuti ma jistgħux jilagħbu f’kompetizzjonijiet Ewropej, sakemm wieħed ma jkunx fiċ-Champions League u l-ieħor fil-Conference League.”

Sport