Saturday, April 27, 2024

IL-VJOLENZA U L-MIBEGĦDA MHUX SOLUZZJONI

Aqra wkoll

Ninsabu qrib il-50 jum mindu beda il-kunflitt fil-lvant nofsani. Kunflitt li są issa ħalla aktar minn 16,000 persuna ċivili bla ħajja. Kważi 7,000 huma tfal. Kunflitt li ħalla vittmi fuq kull naħa. Kunflitt li mhux biss ħalla ħafna vittmi ċivili u innoċenti imma hu kunflitt li kompla kabbar il-mibegħda bejn iż-żewġ naħat. L-azzjonijiet li rajna kemm minn naħa u kemm minn oħra komplew fetħu l-feriti.

Jekk wieħed janalizza dak li kien qed jikri f’dan il-kunflitt fl-aħħar snin u proprju kif żvolġiet is-sitwazzjoni fl-aħħar kunflitt, hu ċar aktar minn qatt qabel li l-militantiżmu mhux soluzzjoni. Il-militantantiżmu f’dan il-każ wassal għal qtil ta’ qtil ta’ ta’ ċivili. Żied il-mibegħda. 

Wieħed jista’ jgħid ukoll li dan hu kunflitt qegħdin naraw l-anti semitiżmu jiżdied. Dan jidher saħansitra f’pajjiżi l-bogħod mill-kunflitt.  Bħal f’kull kunflitt ieħor, dan hu kunflitt,  li minnu se jkun hemm biss telliefa. Dak imwettaq,  u l-atroċitajiet li seħħew, nemmnu li jridu jgħaddu ammont ta’ snin biex il-feriti jibdew jagħlqu. 

U waqt li l-vittmi jibqgħu jiżdiedu kuljum, naraw il-komunità internazzjonali issegwi fi skiet. B’reazzjoni dgħajfa. 

Nemmnu li l-militantiżmu falla. Wieħed jifhem li l-poplu Palestinjan ilu snin isofri mill-okkupazzjoni. Ilu snin ibati. Żgur imma li l-militantiżmu mhux qed jgħin fil-kawża. 

Mill-banda l-oħra ma nistgħux 

Ma nistgħux ma nirrimarkaw li l-kastig kollettiv u l-imblokk ta’ Gaza huma illegali taħt il-liġi internazzjonali. 

Filfatt l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jgħid li:  Responsabbiltà individwali, pieni kollettivi, ritaljazzjoni…..ebda persuna protetta ma tista’ tiġi kkastigata għal reat li ma tkunx wettqet personalment. Pieni kollettivi u bl-istess mod kull miżura ta’ intimidazzjoni jew ta’ terroriżmu huma pprojbiti. Ir-ritaljazzjoni kontra persuni protetti u l-proprjetà tagħhom huma pprojbiti.” 

Hi sfortuna li waqt li dan il-kunflitt, rajna pożizzjonijiet polarizzati għall-aħħar. Pożizzjonijiet meħudin minn perċezzjonijiet żbaljati jew minn argumenti partiġġjani. Kemm fuq naħa u kemm fuq oħra. Hu fatt li ma jista’ jiċħdu ħadd li l-Palestinjani ilhom snin twal ibatu. Ilhom snin twal bl-artijiet fejn jgħixu dejjem jintaqqru.

Irridu nirrimarkaw li l-grupp tal-Hamas m’humiex il-poplu Palestinjan.  Illum il-poplu Palestinjan għaddej minn martirju sħiħ, jiffaċċja imblokk u assedju. Jiffaċċja kastig kollettiv. Kastig kollettiv li minnu qegħdin ibatu familji fosthom it-tfal. Kastig kollettiv li ħalla eluf ta’ persuni bla dar. Oħrajn ħarbu minn fejn kienu jgħixu. 

L-attakk tal-Hamas hu kundannabbli. L-istess kif għandhom ikunu ikkundannati l-attakki minn Iżrael fuq Gaża. Huma attakki li mhux se jgħin biex tinkiseb il-paċi.  Huma attakki li qegħdin iħallu vittmi innoċenti.  F’dan il-mument trid tintwera solidarjetà mal-vittmi innoċenti kemm Palestinjani u kemm Iżraeljani.

F’mument bħal dan nistennew reazzjoni b’saħħitha mill-komunità Internazzjonali. Reazzjoni biex ma jibqgħux jinqatlu persuni ċivili. Reazzjoni attiva biex il-kunflitt jieqaf. Sfrotunatament sa issa rajna biss reazzjoni dgħajfa għall-aħħar.

Nemmnu li s-soluzzjoi għal kunflitt hi li ż-żewġ popli, jitkellmu u jingħaqdu kontra l-militantiżmu u l-militariżmu. Il-mibegħda mhix soluzzjoni għal kunflitti.

Sport