Monday, August 24, 2026
Home Sport Atletico Madrid iridu jsolvu l-problema ta’ Alvarez wara li ġie mgħajjar mill-partitarji...

Atletico Madrid iridu jsolvu l-problema ta’ Alvarez wara li ġie mgħajjar mill-partitarji tagħhom stess

0
45

Meta Julian Alvarez daħal bħala sostitut fid-draw ta’ 2-2 bejn Atletico Madrid u Villarreal, huwa kien milqugħ b’ibbuwjar kontinwu mill-partitarji tiegħu stess.

Il-futur tal-attakkant Arġentin fil-club jinsab taħt dubju u ġie mgħajjar meta tħabbar ismu u wkoll meta daħal fil-logħba.

Fi tmiem il-partita, Alvarez telaq lejn id-dressing room waħdu, waqt li sħabu marru jsellmu lill-partitarji.

Diego Simeone qal li l-klabb iddeċieda li ma jħallihx imur għand il-partitarji biex tiġi evitata sitwazzjoni agħar.

Min-naħa tiegħu, il-goalkeeper, Jan Oblak, esprima t-tama li s-sitwazzjoni diffiċli tissolva malajr.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here