Wednesday, August 26, 2026
Home Sport Atletico Madrid ma jridux ibigħu lil Julian Alvarez lil Barcelona

Atletico Madrid ma jridux ibigħu lil Julian Alvarez lil Barcelona

0
34

Atletico Madrid qalu li hemm “0% ċans” li jbiegħu lil Julian Alvarez lil Barcelona, minkejja li l-president tal-club Katalan, Joan Laporta, qal li għadhom interessati fil-plejer. 

Alvarez, li ngħaqad ma’ Atletico minn Manchester City fl-2024, jinsab fiċ-ċentru ta’ spekulazzjonijiet intensi dwar trasferiment.

Wara li kien ibbuwjat minn partitarji ta’ Atletico waqt il-logħba kontra Villarreal, huwa ma attendiex għat-taħriġ tal-Erbgħa minħabba li ma kienx qed iħossu tajjeb. 

Barcelona qalu li l-offerta tagħhom ta’ €100 miljun għadha valida u beħsiebhom ikomplu jippruvaw jiffirmawh sal-aħħar tas-suq tat-trasferimenti. 

Madankollu, Atletico, akkużaw lil Barcelona li qed jagħmlu ħsara lill-club ekonomikament u soċjalment. Sadanittant, Arsenal ukoll qed juru interess qawwi fl-attakkant, iżda sorsi qrib il-player jgħidu li Alvarez għadu jixtieq jibqa’ fi Spanja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here