Wednesday, August 26, 2026
Home Sport Il-UEFA se tirtira l-bojkott kontra l-FIFA

Il-UEFA se tirtira l-bojkott kontra l-FIFA

0
69

Il-UEFA mistennija tirtira t-theddida tagħha li tibbojkottja l-kompetizzjonijiet tal-FIFA wara li rċeviet assigurazzjonijiet li l-pjan ta’ Gianni Infantino biex jinbiegħu ishma fit-Tazza tad-Dinja lil investituri privati mhux se jerġa’ jsir.

Il-kwistjoni se tiġi diskussa mill-kumitat eżekuttiv tal-UEFA f’Monaco. Infantino kien abbanduna l-proposta tal-FIFA Forward Enterprises u talab skuża għall-iżbalji, iżda l-UEFA kienet għadha mhix sodisfatta u talbet garanziji għall-futur.

Jekk il-bojkott jitneħħa, it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa ta’ Taħt l-20 sena fil-Polonja se ssir kif ippjanat, bil-parteċipazzjoni ta’ sitt timijiet Ewropej.

Madankollu, il-UEFA se tkompli tagħmel pressjoni għal bidliet fit-tmexxija tal-FIFA. Aleksander Ceferin jistenna li Infantino jirriżenja jew jiffaċċja sfida fl-elezzjonijiet ta’ Marzu. Lisa Nandy wkoll opponiet il-bojkot, għax ma tridx li l-plejers żgħażagħ jiġu penalizzati.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here