Wednesday, July 24, 2024

Atletika: Grillo u Pellegrini jikkompetu fil-Kampjonat tal-Mediterran U23

Aqra wkoll

Tnejn mill-aqwa atleti emerġenti Maltin, Beppe Grillo u Graham Pellegrini jinsabu fl-Eġittu fejn matul tmiem il-ġimgħa se jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-Kampjonat tal-Mediterran ta’ taħt it-23 sena.

Iż-żewġ atleti mistennija bejniethom itellqu fuq id-distanzi ta’ 100, 200m u 400m.

Għaż-żewġ atleti, din se tkun opportunità importanti li jkejlu l-progress tagħhom kontra sprinters ta’ profil għoli minn pajjiżi bħall-Italja, Spanja, il-Greċja kif ukoll pajjiżi mill-Afrika ta’ Fuq.

Grillo u Pellegrini kisbu suċċessi importanti għal Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar iżda issa se jikkompetu f’kompetizzjoni ta’ livell ogħla li se jagħti indikatur importanti tal-livell tal-atletika f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport