Wednesday, July 24, 2024

Fl-Ingilterra: Koppja titlob l-għajnuna mill-pubbliku minħabba li binhom għandu tumur

Aqra wkoll

Koppja mill-Ingilterra, li fil-passat qattaw snin fl-Isptar hekk kif kellhom tifla marida bil-kanċer, issa se jkollhom jerġgħu jgħaddu mill-istess proċess għat-tieni darba. Dan hekk kif għadhom kif skoprew li binhom għandu tumur f’moħħu.

Minħabba din ir-raġuni, il-familja ta’ Archie Ferris qed jagħmlu kampanja biex jirnexxielhom jiġbru mas-£70,000 sabiex b’hekk, huwa jkun jista’ imur jieħu t-trattament fi Sptar fl-Istati Uniti.

Iz-zija ta’ Archie, Sarah Mayers qed tmexxi l-ġbir ta’ fondi fir-Renju Unit. Hija qalet li Grace, oħt Archie, qattgħet numru ta’ snin ġewwa u barra l-Isptar tat-Tfal qabel ma l-familja marret toqgħod l-Awstralja

Ekonomija

Sport