Wednesday, July 24, 2024

Atletika: It-Tim Malti għall-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Ġibiltà

Aqra wkoll

It-tim Malti tal-atletika ħalla Malta għall-Ġibiltà fejn se jikkompeti fil-ħames edizzjoni tal-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Dan l-avveniment, li se jsir fil-Kumpless Sportiv ta’ Lathbury, huwa organizzat taħt l-awspiċji tal-Assoċjazzjoni tal-Atletika tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, bl-appoġġ ta’ European Athletics.

Din il-kompetizzjoni hija opportunità importanti għat-tim Malti biex jikkompeti ma’ bosta mill-aqwa atleti minn dawn il-pajjiżi. Il-livell huwa wieħed ferm kompetittiv għaliex barra l-pajjiżi kollha li jieħdu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, dan il-Kampjonat jilqa’ fih nazzjonijiet b’popolazzjoni akbar, u b’hekk jipparteċipaw ukoll nazzjonijiet sportivi b’saħħithom bħall-Ġorġja, il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Armenja.

L-aħħar edizzjoni kienet saret proprju f’pajjiżna sentejn ilu, fejn Malta kienet rebħet tliet midalji tad-deheb, grazzi għal Claire Azzopardi u Janet Richard, li t-tnejn se jkunu qed jikkompetu f’Ġibiltà, kif ukoll it-tim tar-relay tan-nisa.

Atleti oħra li joffru opportunità ta’ midalji għal Malta mistennija jkunu Gina McNamara li kienet rebħet tliet midalji tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar is-sena li għaddiet, fit-800m, fl-1500m, u fil-5000m, kif ukoll Beppe Grillo, frisk minn rekord nazzjonali ġdid fuq il-100m meta kienet qed jikkompeti fil-Kampjonati tal-Balkani f’Iżmir, fit-Turkija.

Id-delegazzjoni hi akkumpanjata mill-kowċ Mario Bonello u hi appoġġjata minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Ekonomija

Sport