Thursday, November 28, 2024

Atletika: Joelle Cortis u Dillon Cassar ta’ Mellieħa AC jirbħu r-Road Running Series

Aqra wkoll

L-atleti ta’ Mellieħa AC Joelle Cortis u Dillon Cassar huma r-rebbieħa tar-Road Running Series 2023-2024, sensiela ta’ tliet tiġrijiet organizzata minn Athletics Malta, filwaqt li Evolve Endurance Club rebħu t-titlu tal-klabbs kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa.

Cortis u Cassar aċċertaw ruħom minn dan it-titlu b’rebħa konvinċenti fit-tellieqa finali, dik ta’ 5km f’Ta’ Qali, tellieqa li kienet ukoll tgħodd bħala l-Kampjonat Nazzjonali tal-ġiri fit-triq fuq din id-distanza. Din ir-rebħa fissret doppjetta għaż-żewġ atleti wara li rebħu wkoll dak tal-10km aktar kmieni din is-sena.

Fit-tellieqa tal-lum Cassar kien l-unika atleta li ġera d-distanza f’inqas minn kwarta (14:50) u temm quddiem Simon Spiteri (St. Patrick’s), li kellu ħin ta’ 15:03 u Gabriel Farrugia ta’ Evolve li kellu ħin ta’ 15:05.

Fil-klassifika ġenerali b’hekk Dillon Cassar (Mellieħa AC), jirbaħ is-Serje quddiem Shaun Galea u Gabriel Farrugia, it-tnejn ta’ Evolve Endurance Club.

Fost in-nisa, prestazzjoni oħra dominanti minn Joelle Cortis li temmet f’ħin ta’ 18:05, quddiem Rosalie Borg (Pembroke – 18:21) u Kimberly-Anne Gauci (Evolve – 18:31). It-tliet pożizzjoni finali tal-lum fost in-nisa jirriflettu wkoll l-ordni finali tar-Road Running Series, b’Cortis tirbaħ tlieta minn tlieta.

Minkejja d-doppjetta ta’ Mellieħa AC fl-atleti individwali, il-pjazzament tajjeb ta’ atleti ta’ Evolve Endurance Club fil-kategorija tal-irġiel u n-nisa fisser li dan it-tim jirbaħ ir-Road Running Series għall-istaġun 2023-2024 quddiem l-istess Mellieħa. La Salle AC ħadu t-tielet post fil-kategorija tal-irġiel.

Fit-tmien it-tellieqa f’Ta’ Qali, li għall-ewwel darba segwiet rotta uffiċjalment ċertifikata minn World Athletics, saret preżentazzjoni tat-trofej mill-President ta’ Athletics Malta Aldrin Cassar, membri oħra tal-Eżekuttiv kif ukoll membri tas-sottokumitat li ħadu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ din is-Serje li attirat ‘il fuq minn mitt parteċipant.

Sport