Thursday, September 17, 2026
Home Sport League Cup III Round: Man Utd eliminati wara li kienu f’vantaġġ ta’...

League Cup III Round: Man Utd eliminati wara li kienu f’vantaġġ ta’ żewġ goals

0
49

Manchester United sofrew telfa ta’ 3-2 kontra Brighton wara vantaġġ ta’ żewġ goals, f’Old Trafford, biex ġew eliminati fit-tielet round tal-League Cup.

Il-United  bdew tajjeb ħafna u marru żewġ goals minn fuq fl-ewwel 10 minuti. Shea Lacey fetaħ l-iskor wara biss tmien minuti fl-ewwel dehra tiegħu fil-formazzjoni inizjali filwaqt li Mason Mount rdoppja l-vantaġġ żewġ minuti wara. 

Madankollu, Brighton irreaġixxew qabel il-mistrieħ meta Charalampos Kostoulas naqqas id-distakk. Fit-tieni taqsima, Brighton komplew iżidu l-pressjoni u, fil-65 minuta, Pascal Gross kiseb id-draw b’xutt preċiż minn barra l-kaxxa. 

Erba’ minuti biss wara, Kostoulas ipprovda l-assist meta għadda l-ballun lil Maxim de Cuyper, li skorja t-tielet goal ta’ Brighton. 

Michael Carrick daħħal lil Bruno Fernandes biex jipprova jsalva l-logħba, iżda r-Red Devils ma setgħux isibu l-goal tad-draw. 

Il-partitarji ta’ Brighton iċċelebraw bil-kbira, filwaqt li dawk tar-Red Devils ibbuwjaw lit-team tagħhom. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here