Thursday, September 17, 2026
Home Sport Poloz tal-Aħħar 16 tal-League Cup: Liverpool v Chelsea l-aktar attraenti

Poloz tal-Aħħar 16 tal-League Cup: Liverpool v Chelsea l-aktar attraenti

0
44

Meta ttellgħu l-poloz tar-raba’ round tal-League Cup, Chelsea se jiltaqgħu ma’ Liverpool, f’konfront interessanti għal Xabi Alonso kontra l-eks team tiegħu f’Anfield … li bla dubju, din il-polza hija l-aktar waħda attraenti.

Fleetwood Town, li jilagħbu fil-League Two, se jospitaw lil Arsenal. It-team minn Lancashire għadda għal dan l-istadju għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu wara rebħa ta’ 1-0 kontra Sheffield United. Arsenal, immexxija minn Mikel Arteta, għaddew għar-raba’ round wara li għelbu lil Ipswich Town 4-2.

Il-holders Manchester City jistgħu jilagħbu kontra Brighton fl-Etihad Stadium jekk l-ewwel jegħlbu lil Norwich. 

Bradford City u Peterborough United, li t-tnejn jinsabu fil-League One, se jikkontestaw post fil-kwarti-finali wara li eliminaw lil Leyton Orient u Barnsley rispettivament.

Il-logħbiet l-oħra se jkunu kollha bejn timijiet tal-Premier League.

Il-poloz tal-Aħħar 16 huma:

Fleetwood v Arsenal

Manchester City or Norwich v Brighton

Everton v Newcastle

Sunderland v Brentford

Liverpool v Chelsea

Bradford v Peterborough

Fulham v Crystal Palace

Bournemouth v Aston Villa

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here