Clearlake Capital issa għandhom kontroll sħiħ ta’ Chelsea wara li Todd Boehly, Mark Walter u Hansjorg Wyss biegħu l-ishma tagħhom lill-kumpanija.
Boehly u Walter kellhom 12.8% kull wieħed, filwaqt li Wyss kellu sehem simili. Clearlake, immexxija minn Behdad Eghbali u Jose Feliciano, qabel kellhom 61.5% tal-club.
Boehly se jħalli l-kariga ta’ chairman, li kien jokkupa mill-2022, meta l-konsorzju xtara lil Chelsea mingħand Roman Abramovich għal £2.3 biljun. Minkejja l-bidla fis-sjieda, il-club qal li mhux se jkun hemm tibdil fl-operat ta’ kuljum, fit-tmexxija jew fl-istrateġija.
Minn meta sar il-bejgħ, Chelsea spiċċaw fir-raba’ post fil-Premier League fl-2024-25 u rebħu l-UEFA Conference League u t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs.
Clearlake qalu li se jkomplu jinvesti fl-infrastruttura, fl-iżvilupp tal-players u fil-prestazzjoni sportiva tal-club.




