Thursday, September 17, 2026
Home Sport League Cup III Round: Everton kellhom jitħabtu kontra Wolves

League Cup III Round: Everton kellhom jitħabtu kontra Wolves

0
46

Everton ikkwalifikaw għar-raba’ round tal-League Cup wara rebħa diffiċli ta’ 1-0 fuq Wolverhampton Wanderers fl-Hill Dickinson Stadium. 

Il-logħba kienet waħda bilanċjata u bi ftit opportunitajiet ta’ skor, iżda Everton baqgħu jikkontrollaw u żammew il-bidu mingħajr telfa tagħhom fl-istaġun. 

Il-goal deċiżiv wasal fit-80 minuta permezz tas-sostitut Charly Alcaraz. L-Arġentin daħal fil-kaxxa u f’azzjoni personali temm l-azzjoni b’kalma biex skorja l-ewwel goal tiegħu ma’ Everton fi 13-il xahar. 

L-aħħar darba li kien skorja għat-team kienet kontra Mansfield, ukoll fil-League Cup. 

Wolves kellhom lil Joao Virginia bejn il-lasti, eks goalkeeper ta’ Everton li qatta’ seba’ snin mal-club qabel telaq fl-2025 biex ingħaqad ma’ Sporting. 

Virginia għamel diversi interventi importanti, fosthom meta waqqaf header mill-viċin ta’ Thierno Barry qabel il-mistrieħ. Madankollu, ma setax iwaqqaf lil Alcaraz. 

Everton issa se jilagħbu kontra Newcastle United f’darhom fir-raba’ round, li se jintlagħab fil-ġimgħa li tibda mis-26 ta’ Ottubru.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here