Thursday, September 17, 2026
Home Sport La Liga: Jonathan David jikteb l-istorja għal Atletico Madrid fir-rebħa kbira fuq...

La Liga: Jonathan David jikteb l-istorja għal Atletico Madrid fir-rebħa kbira fuq Osasuna

0
43

Atletico Madrid kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 fuq Osasuna fir-Riyadh Air Metropolitano, biex komplew iżommu kuntatt mattimijiet ta’ fuq ta’ La Liga.

Jonathan David kien l-eroj tal-partita wara li fetaħ l-iskor fl-24 minuta. B’dan il-goal, David sar l-ewwel player ta’ Atletico Madrid f’dan is-seklu li skorja fl-ewwel żewġ logħbiet tiegħu fil-kampjonat. 

Il-Kanadiż kompla jħalli l-marka tiegħu fit-tieni taqsima meta pprovda assist għal Lee Kang-in, li rdoppja l-vantaġġ disa’ minuti wara l-mistrieħ.

Atletico komplew jiddominaw u Robin Le Normand skorja t-tielet goal fis-63 minuta. Alex Baena mbagħad għalaq l-iskor fit-82 minuta biex issiġilla r-rebħa kbira għat-team immexxi mill-coach Diego Simeone. 

Atletico kellhom jgħaddu mingħajr Julian Alvarez, li baqa’ barra minħabba problema fil-muskolu, iżda l-fond tal-iskwadra tagħhom ippermettilhom jiksbu riżultat konvinċenti. Ir-rebħa tellgħet lil Atletico għal 13-il punt minn sitt logħbiet, fit-tielet post tal-klassifika, żewġ punti  wara Real Madrid u ħamsa wara Barcelona.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here