Barcelona komplew il-bidu perfett tagħhom f’l-La Liga b’rebħa impressjonanti ta’ 7-2 fuq Racing Santander.
Raphinha kien l-istilla ewlenija tal-partita meta skorja hat-trick, u b’hekk kompla l-forma eċċellenti tiegħu fil-bidu tal-istaġun.
Joao Cancelo fetaħ l-iskor wara biss tmien minuti b’xutt mill-bogħod li spiċċa fix-xibka. F’nofs l-ewwel taqsima, Raphinha (25) rdoppja l-vantaġġ minn penalty.
Peró, ħames minuti wara Racing Santander naqqsu d-distakk permezz ta’ Maguette Gueye. Iżda Barcelona reġgħu marru żewġ goals minn fuq meta xutt ta’ Cancelo ġie devjat minn Asier Villalibre (36) u ngħata bħala auto-goal.
Raphinha (42) skorja r-raba’ gowl, iżda, fl-45 minuta, Barcelona fallew iċ-ċans li jkabbru l-vantaġġ qabel il-mistrieħ meta Lamine Yamal falla penalty.
Fil-65 minuta, Yassir Zabiri skorja għat-tieni darba għal Racing, iżda Barcelona wieġbu malajr.
Raphinha (67) skorja penalty ieħor biex irreġistra l-hat-trick personali tiegħu.
Imbagħad, fid-79 minuta, Gabriel Jesus skorja s-sitt goal, qabel ma Yamal għalaq il-logħba fid-89 minuta.
B’din ir-rebħa, Barcelona kisbu s-sitt waħda konsekuttivi tagħhom fil-kampjonat.





