Thursday, September 17, 2026
Home Sport UEFA Europa League: Sunderland jirritornaw fl-Ewropa wara 53 sena b’rebħa

UEFA Europa League: Sunderland jirritornaw fl-Ewropa wara 53 sena b’rebħa

0
40

UEFA Europa League: Sunderland jirritornaw fl-Ewropa wara 53 sena b’rebħa

Sunderland bdew l-avventura tagħhom fil-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA  Europa League b’rebħa ta’ 1-0 fuq AZ Alkmaar fl-Istadium of Light. 

Din kienet l-ewwel dehra tagħhom fil-footbal Ewropew fi 53 sena. 

Il-Black Cats kellhom wirja b’saħħitha u dominanti fl-ewwel taqsima, fejn ikkontrollaw il-logħba u ħolqu diversi opportunitajiet. 

Madankollu, fit-tieni taqsima AZ Alkmaar żiedu l-pressjoni u Kees Smit resaq viċin li jiftaħ meta x-xutt tiegħu mar ftit barra. 

Sunderland komplew jippressaw u fis-66 minuta ngħataw penalty. Enzo Le Fée ħa r-responsabbiltà u skorja biex poġġa lit-team tiegħu fil-vantaġġ. 

Sunderland żammew ir-riżultat sal-aħħar u kisbu tliet punti importanti fl-ewwel partita Ewropea tagħhom. 

Il-logħba li jmiss tagħhom fl-Europa League se tkun barra minn darhom kontra Torreense. 

Regis Le Bris għamel ukoll erba’ bidliet fil-formazzjoni inizjali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here