Milan bdew l-istaġun tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Europa League b’telfa ta’ 2-0 f’darhom kontra Benfica, riżultat li qajjem aktar pressjoni fuq Ruben Amorim wara li għamel rotazzjoni fit-team u ta bidu lil diversi plejers li kienu ilhom ma jilagħbu.
Benfica, minkejja li biddlu disa’ players minħabba l-konfront ma’ Porto, kienu aktar organizzati u effettivi.
Fis-16-il minuta, Dodi Lukebakio fetaħ l-iskor b’xutt preċiż għar-rokna tax-xibka, u ftit wara Georgiy Sudakov laqat il-lasta f’azzjoni li setgħet qatlet il-logħba kmieni.
Milan wieġbu b’xutt qawwi ta’ Filippo Terracciano li
Anatoliy Trubin salva tajjeb, iżda ma setgħux jinfdu d-difiża avversarja.
Fil-bidu it-tieni taqsima, Milan resqu viċin minn Cristian Pulisic u Mario Gila iżda t-tentattivi tiegħu tagħhom spiċċaw barra.
Madankollu kien Jakub Kaminski (53) irdoppja għall-Portugiżi b’xutt lejn ir-rokna tas-saqaf tax-xibka.
Milan għamlu reazzjoni iżda xuttijiet perikolużi ta’ Pulisic u Adrien Rabiot ġew salvati mill-goalkeper Trubin.





