Il-goalkeeper internazzjonali Malti James Sissons, li jilgħab fl-Ingilterra, għamel id-debutt tiegħu mat-tim tal-kbar ta’ Chesterfield FC. Dan il-goalkeeper żagħżugħ għamel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali Malti tal-kbar aktar kmieni din is-sena, bil-kowċ Emilio de Leo juri fiduċja f’dan it-talent promettenti.
Chesterfield ukoll taw opportunità lil Sissons, li fl-istaġun li għadda rebaħ ukoll il-Premju tal-Player tas-Sena tal-Akkademja ta’ Chesterfield.
Chesterfield għelbu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Manchester City bl-iskor ta’ 5-3, b’Sissons ikun inkluż mal-ewwel 11.




