Il-kuntratt ta’ Hakan Calhanoglu ma’ Inter jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2027, u t-tiġdid tiegħu huwa wieħed mill-aktar kwistjonijiet importanti għall-club.
Il-midfielder Tork bħalissa jinsab barra mill-azzjoni minħabba injury ħafifa u għalhekk mhux se jkun disponibbli għall-partita importanti kontra Roma.
Jekk ma jintlaħaqx ftehim ġdid, Calhanoglu jista’ jibda jinnegozja ma’ clubs oħra minn Frar u eventwalment jitlaq mingħajr ħlas meta jintemm il-kuntratt tiegħu.
Peróm Inter diġà bdew jaħdmu fuq it-tiġdid u d-direttur sportiv Dario Baccin mistenni jiltaqa’ mal-aġent tal-player fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-laqgħa se tkun opportunità biex iż-żewġ naħat jibdew diskussjonijiet konkreti dwar il-futur tiegħu. Inter iqisu l-każ ta’ Calhanoglu bħala urġenti u ż-żewġ naħat iridu jiddeċiedu jekk ikomplux flimkien jew jisseparawx fi tmiem l-istaġun.




