Tuesday, May 14, 2024

Atletika Mondjali: L-Amerikan Fred Kerley jirbaħ il-100 metru

Aqra wkoll

It-18-il edizzjoni tal-Kam­pjo­nati tad-Dinja tal-Atletika, bdew nhar il-Ġimgħa f’Oregon, l-Istati Uniti, u sat-tieni ġurnata saru tmien finali bl-iktar waħda mis­tennija bla dubju tkun dik tal-100m tal-irġiel.

Kien Fred Kerley li rebaħ dan it-titlu li kien l-ewwel wieħed individwali tiegħu tal-kampjonati dinjin hekk kif mexxa clean sweep Amerikan tal-midalji meta hu u sħabu għamluhom 1-2-3 fuq il-podju.

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena, li rebaħ il-fidda Olimpika s- sena l-oħra, rebaħ f’9.86 sekondi hekk kif Marvin Bracy (9.88) għeleb lil Trayvon Bromell (9.88) għall-midalja tal-fidda fil-ħin ta’ reazzjoni f’Eugene.

Din hija l-ewwel darba li xi nazzjon rebaħ it-tliet midalji fid-dinja tal-100m mill- Istati Uniti fl-1991.

“Naf li llum fetħitli ħafna bibien,” qal Kerley. “Il- futur huwa sabiħ għalija.”

L-eks atleta tal-400m, Ker­ley, niżel biss għad-distanza iqsar tal-isprint fl-2021, wara li rebaħ il-bronż fl-400m u d-deheb fl-4x400m relay fl-2019.

Il-prestazzjoni tiegħu li rebaħ midalja tal-fidda f’Tok­­jo wasslet għad-debutt tiegħu fil-kampjonat ewlie­ni fuq 100m, u inqas minn sena wara, huwa ċ-cham­pion tad-dinja.

Nhar il-Ġimgħa, huwa stabbilixxa l-iktar ħin veloċi  ta’ heat li qatt ġie rreġistrat fl-istorja tal-Kampjonat tad- Dinja bl-isforz tiegħu ta’ 9.79 sekondi. Iżda huwa ħalla tard fil-finali biex qabeż il-linja 0.02 sekondi qabel il-kompatrijotti tiegħu.

L-aħħar clean sweep tal-Istati Uniti tal-100m ġie 31 sena ilu li kien fih lil Carl Lewis, Leroy Burrell u Dennis Mitchell f’Tokjo. Lewis mexxa l-okkorrenza pre­ċedenti, flimkien ma’ Calvin Smith u Emmit King, f’Helsinki fl-1983.

“Huwa tal-għaġeb li tkun fost il-kbar, għamluha fl-1991, għamilniha fl-2022,” qal Kerley.

Aktar kmieni fit-tieni jum tal-kampjonati, Lete­senbet Gidey tal-Etjopja żam­met biex rebħet id-deheb fl-10,000m tan-nisa, me­ta spiċċat fi 30 minuta 09.94 sekonda.

Il-Kenjani Hellen Obiri (30:10.02) u Margaret Kipkemboi (30:10.07) daħlu t- tieni u t-tielet rispettivament, filwaqt li ċ-champion renjanti u rebbieħa tal-midalja tad-deheb Olimpika, Sifan Hassan tal-Olanda, spiċċat ir-raba’ fi 30:10.56.

Il-Pollakk Pawel Fajdek rebaħ il-ħames titlu konsekuttiv tiegħu tal-hammer b’tefgħa ta’ 81.98m. Il-fidda marret għand Pollakk ieħor, Woj­cieck Nowicki b’81.03m u l-bronż għand Elvind Hen­riksen tan-Norveġja bi 80.87m. 

Iċ-Ċiniż Wang Jianan ħa d-deheb fil-long jump tal-irġiel b’qabża ta’ 8.36m bl-aħħar tentattiv tiegħu, waqt li Miltiadis Tentoglou tal- Greċja ħa l-fidda b’qabża ta’ 8.32m u l-Isvizzeru Simon Ehammer, il-bronż bi 8.16m.

Qabel ir-rebħa ta’ Kerley, il-kmpatrijotta tiegħu, Cha­se Ealey, rebħet l-ewwel midalja tad-deheb tal-Istati Uniti tal-kampjonati meta l-aħjar tefgħa tagħha ta’ 20.49m kisbilha l-ewwel titlu ewlieni.

Il-fidda marret għand iċ-Ċiniża Gong Lijiao b’tefgħa ta’ 20.39 u l-fidda messet lill-Olandiża Jessica Schilder b’19.77m.

Fl-ewwel ġurnata saru l-20km Mixi tal-irġiel u tan-nisa fejn f’dik maskili d-deheb u l-fidda marru għand atleti Ġappuniżi b’Toshikazu Yamanishi jirbaħ f’1:19:07, Koki Ikeda daħal f’1:19:14 u l-Isvediż Perseus Karlstrom ħa l- bronż f’1:19:18.

Fil-kategorija femminili kienet Kimberly Garcia tal-Peru li ħadet id-deheb f’1:26:58, il-Pollakka Katar­zyna Zdzieblo f’1:27:31 u l-bronż iċ-Ċiniża Qieyang Shijie f’1:27:56.

Saret ukoll il-finali tal-Mixed Relay li ntrebħet mir-Repubblika Dominikana fi 3:09.82, l-Olanda rebħu l-fidda fi 3:09.90 u l-Istati Uniti l-bronż fi 3:10.16.

Il-leġġendarja Allyson Felix għamlet l-10 u l-aħħar dehra tagħha fil-kampjo­na­ti, iżda ma kellhiex it-tmiem tal-ħolm meta kellha tikkuntenta bil-midalja tal- fidda.

Felix, 36 sena, rebħet 19-il midalja f’dawn il-kampjonati li 14 minnhom huma tad-deheb.

Sport