Friday, December 27, 2024

Atletika: Riżultati pożittivi għal Graham Pellegrini u Beppe Grillo fl-Eġittu

Aqra wkoll

Bħalissa, l-atleti ewlenin Maltin, Graham Pellegrini u Beppe Grillo qed jieħdu sehem fil-Meditteranean U23 European Championships li qed isiru fl-Eġittu.

Beppe Grillo temm fir-raba’ post fil-100m final b’ħin ta’ 10.60sek – 0.04sek ‘il bogħod mit-tielet post. It-tellieqa ġiet mirbuħa minn Gabriel Maia tal-Portigall b’ħin ta’ 10.47sek.

Intant, ilbieraħ ikkompeta Graham Pellegrini fil-400m final fejn spiċċa fit-tieni post b’ħin ta’ 47.88sek wara l-atleta tal-Lebanon Marc Anthony Ibrahim li għamel ħin ta’ 46.92sec li b’dal-ħin kiser ir-rekord tal- Lebanon. 

Il-midalja tal-fidda mirbuħa minn Graham, hija t-tieni midalja li Malta qatt rebħet f’dawn il-Logħob li qed isiru għall-ħames darba, u l-ogħla pożizzjoni li qatt kisbet Malta fl-istess Logħob. 

Steve Camilleri huwa l-kap tad-delegazzjoni Maltija bħala kowċ ta’ Beppe Grillo.

Ekonomija

Sport