Wednesday, July 24, 2024

It-tieni rebħa f’Malta għal Hurricane River fi klassi Premier

Minn Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Jesmar Gafa’, Hurricane River rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier, saret fuq distanza twila ta’ 2640m u għamlet parti mis-26 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott.

Ħdax -il żiemel ġrew fil-klassi Premier. Hurricane River (Jesmar Gafa’) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Elixir d’Anama (Herman McKay) u Rally Inge (Jonathan Farrugia). Hurricane River kien kontinwament quddiem tul id-distanza u temm rebbieħ faċilment b’erba’ tulijiet minn Rally Inge u Bellmondo (Cherise Farrugia). Eros Du Fosse (Carmelo Farrugia) daħal warajhom f’dik l-ordni. Għal Hurricane River din kienet it-tieni rebħa f’Malta.

Il-laqgħa nkludiet ukoll żewġ semifinali mill-Prix D’Enghien għal żwiemel Franċiżi tal-klassi Gold fuq distanza ta’ 2140m. Fl-ewwel waħda, Elizir Du Home (Julian Farrugia) ħa l-ewwel rebħa f’pajjiżna wara li ħa kontroll tat-tiġrija dawra mit-tmiem. Min naħħa l-oħra attakk mibdi madwar 500 metru mit-tmiem wassal lil Emile Du Var (Jesmar Gafa’) biex ukoll jirreġistra l-ewwel rebħa staġjonali b’tul minn Enclos (Rodney Gatt).

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Henzo De Perthuis (R. Gatt) Ħin – 3.25.8” (1.17.9”) 2. Dario Del Brenta (P. Galea) 3. Ideal Pierji (J. Gafa’) 4. Joyus (N. Baldacchino)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Gringo Marancourt (R. Gatt) Ħin – 3.28.7” (1.19”) 2. Zenit Karsk (B. Camilleri) 3. Fort De France (J. Farrugia) 4. Jasmin De Coulamer (R. Delceppo)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Igame Merite (D. Baldacchino) Ħin – 3.13.4” (1.17”) 2. Fidji Badrec (R. Gatt) 3. Galaxie D’Azur (P. Galea) 4. Febus Du Juille (Ch. Gauci)

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Ingesson (P. Galea) Ħin – 3.24.5” (1.17.5”) 2. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo) 3. Dream Maker (R. Gatt) 4. Cristal Pierji (G. Attard)

V Tiġrija. Semi Finali. Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Givre Nonantais (A. Farrugia) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Fast Loulou (N. Baldacchino) 3. Inteam Du Gers (Ch. Gauci) 4. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) 5. Jenna Du Val D’Or (J. Bartolo) 6. Invite De Star (J. Zahra)

VI Tiġrija. Semi Finali. Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ezior (R. Magro) Ħin – 2.43.6” (1.16.4”) 2. Gima Tege (R. Micallef) 3. Fakir Piya (Cherise Farrugia) 4. Grease D’Huon (R. Polidano) 5. Extreme Erca (J. Gafa’) 6. Fleur De Blay (P. Galea) 

VII Tiġrija. Semi Finali. Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Elizir Du Home (J. Farrugia) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Concerto Star (Cherise Farrugia) 3. Havaroche (D. Baldacchino) 4. Ex Aequeo De Cosse (J. Gafa’) 5. Classic d’Urzy (D. Attard) 6. Bicetre (G. Calleja)

VIII Tiġrija. Semi Finali. Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Emile Du Var (J. Gafa’) Ħin – 2.41.1” (1.15.2”) 2. Enclos (R. Gatt) 3. Gulliver D’Ela (M. Refalo) 4. Destrier D’Or (R. Magro) 5. Farmer Du Moulinet (P. Galea) 6. Daiz Dairpet (N. Baldacchino) 

IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Hurricane River (J. Gafa’) Ħin – 3.18.5” (1.15.2”) 2. Rally Inge (J. Farrugia) 3. Bellmondo (Cherise Farrugia) 4. Eros Du Fosse (C. Farrugia)

X Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Mellby Drake (J. Spiteri) Ħin – 3.20” (1.15.6”) 2. Elitlove Pasmarick (P. Galea) 3. Eveil (J. Gafa’) 4. Gibus De Navary (M. Borg)

Ekonomija

Sport