Thursday, July 25, 2024

PL: Manchester City champions għar-raba’ darba konsekuttiva

Aqra wkoll

Manchester City komplews jikkonfermaw il-qawwa tagħhom fil-Premier League Ingliż meta reb­ħu t-titlu għar-raba’ darba konsekuttivi li huwa rekord assolut.

Huma għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 3-1 bl-eroj ikun Phil Foden (2, 18) wara li ġie vvotat bħala l-Aħjar Player tas-Sena u minn Rodri (59). 

Arsenal v Everton – Arsenal temmew il-kampjonat fuq nota diżappuntanti minkejja li għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 2-1.

Dan minħabba li t-tliet punti ma kienux biżżejjed minħabba li s-City ħadu t-tliet punti kontra West Ham.

Kien Idrissa Gueye (40) li fetaħ l-iskor għal Everton iżda Takehiro Tomiyasu (43)  u Kai Havertz (89) skorjaw għall-Gunners.

Brentford v Newcastle – Barra minn darhom Newcastle għelbu lil Brentford 4-2, b’goals minn Harvey Barnes (21), Jacob Murphy (36), Alexander Isak (38) u Bruno Guimaraes (77) filwaqt li Vitaly Janelt (48) u Yoane Wissa (70) wieġbu għal Brentford.

Brighton v Man Utd – Barra minn darhom Manchester United għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskorers ikunu Diogo Dalot (73) u  Rasmus Hojlund (88).

Burnley v Nottm F. – Nottingham Forest għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 2-1 permezz ta’ doppjetta ta’ Chris Wood (2, 14) filwaqt li Jos­hua Cullen (72) skorja għat-team ospitu.

Chelsea v Bournemouth – Chelsea laqgħu lil Bournemouth u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. Moises Caicedo (17) fetaħ l-iskor għal Chelsea b’dipper min-nofs il-ground bil-goal l-ieħor jasal minn Raheem Sterling (48) filwaqt li ċ-Cherries skorjaw minn auto-goal ta’ Benoit Badiashile (49).

C. Palace v Aston Villa – Crystal Palace rreġistraw l-akbar rebħa tal-ġurnata meta għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 5-0, bil-protagonisti jkunu Jean-Philippe Mateta (9, 39, 63) li skorja tripletta u Eberechi Eze (54, 69) li kiseb doppjetta.

Liverpool v Wolves – F’ġurnata speċjali, Liverpool għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 2-0 b’żewġ goals fl-ewwel taqsima wara li Wolves spiċċaw jilagħbu bi player inqas għal foul ta’ Nelson Semedo (28) fuq Alexis Mac Allister liema deċiżjoni kienet kemmxejn ħarxa.

Iż-żewġ goals waslu minn Alexis Mac Allister (34) u Jarell Quansah (40).

Din kienet l-aħħar partita taħt ir-responsabbiltá tal- manager, Jurgen Klopp, li ħalla l-club wara kważi disa’ snin u li magħhom rebaħ kull unur.

Luton v Fulham – Luton ġew relegati hekk kif f’darhom tilfu bl-iskor ta’ 4-2 kontra Fulham li għalihom skorjaw Adama Traore (43), Raul Jimenez (45 49) u Harry Wilson (68) filwaqt li għall-Hatters wieġbu Carlton Morris (45 pen) u Alfie Doughty (55)

Sheffield U. v Tottenham – Barra minn darhom Tottenham kisbu rebħa tajba ta’ 3-0 fuq Sheffield United, bl-iskorers ikunu Dejan Kulusevski (14, 65) u Pedro Porro (59).

Ekonomija

Sport