Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Inter inkurunati champions

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Inter ġew inkurunati champions meta lagħbu l-aħħar partita f’darhom kontra Lazio li ntemmet fi draw ta’ 1-1.

Ir-riżultat ma tantx kien jimporta minħabba li n-Nerazzurri kienu ilhom li aċċertaw mir-rebħ tal-Iscudetto.

Kien Daichi Kamada (32) li fetaħ l-iskor għal Lazio iżda tliet minuti mit-tmiem Denzel Dumfries xeħet lill-partitarji ta’ Inter f’dellirju ta’ ferħ.

Peró, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-preżentazzjoni tat-trofew tat-titlu, kienu mtappna minħabba li l-partitarji kienu konxji li s-sidien, Suning, fi żmien 48 siegħa se jerġgħu jkol­lhom il-club lura minħabba s-self mhux imħallas lil Oak­tree.

Sassuolo v Cagliari – Cagliari aċċertaw is-salvaz­zjoni meta barra minn darhom għelbu lil Sassuolo bl-iskor ta’ 2-0 li min-naħa tagħhom sfaw re­legati.

L-iskorers tat-team minn Sardinja kienu Matteo Prati (71) u Gianluca Lapadula (91). Fit-93 minuta, Sassuolo kellhom lil Matheus Henrique mkeċċi għal żewġ karti sofor.

Monza v Frosinone – Monza laqgħu lil Frosinone u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0 biex dawn tal-aħħar baqgħu jittamaw li jsalvaw posthom fl-ogħla diviżjoni. 

Udinese v Empoli – Udinese u Empoli spiċċaw fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd hekk kif iż-żewġ timijiet għadhom fil-periklu li fl-istaġun li ġej jilagħbu fis-Serie B.

Iż-żewġ goals waslu mill-11-il metru permezz ta’ M’Baye Niang (90) għal Empoli u Lazar Samardzic (104) għal Udinese.

Ekonomija

Sport