Sunday, December 22, 2024

ATP: Stefanos Tsitsipas jirtira mweġġa’ kontra Holger Rune

Aqra wkoll

Holger Rune se jkun akkreditat bl-ewwel rebħa tiegħu fir-Red Group wara li Stefanos Tsitsipas kien sfurzat jirtira minħabba raġuni medika wara biss tliet games mill-partita round robin tagħhom il-bieraħ wara nofsinhar.

Id-Daniż ta’ 20 sena tilef l-ewwel partita tiegħu fid-debutt kontra Novak Djokovic iżda issa jinsab 1-1 fil-logħob tal-Green Group wara li l-Grieg kien sfurzat jirtira wara biss 15-il minuta ġewwa l-Pala Alpitour b’Rune fuq quddiem 2-1.

“Għalija, huwa importanti li nkun f’sikti u nħossni tajjeb b’darhi. L-uġigħ kien kbir ħafna,” qal Tsitsipas wara li rtira minħabba korriment f’daharu. 

“Jien għaddejt minn uġiegħ waqt il-partiti fil-passat, u ġarrabt uġigħ, iżda jidher ċar li dan kien wisq biex nimmaniġġjah. Kelli nieħu d-deċiżjoni diffiċli biex nagħmel dak li għamilt.

“Ħassejtha fit-tieni game tal-partita. Fil-fatt ħassejtha fil-warm-up bis-service tiegħi. Fil-warm-up fuq is-service tiegħi, ħassejtni rritat ħafna u ħafna wġigħ laqatni fuq dahri. Dak il-ħin kont naf li forsi ma nistax immur it-triq kollha”.

Aktar kmieni din is-sena Rune wasal sal-kwarti-finali f’Roland Garros u f’Wimbledon u rebaħ it-titlu fi Munich. Huwa se jiffaċċja lit-Taljan, Jannik Sinner, fl-aħħar partita tiegħu round-robin għada l-Ħamis. Sinner lagħab kontra Djokovic il-bieraħ filgħaxija.

Is-sostituti Taylor Fritz u Hubert Hurkacz lagħbu partita ta’ esibizzjoni ta’ set  wieħed. It-tnejn li huma kkompetew fl-ATP Finals qabel, b’Hurkacz fl-2021 u Fritz fl-2022.

Tsitsipas tilef kontra Sinner fil-partita tal-ftuħ tiegħu. Iċ-champion tal-2019 għolla l-uniku trofew tiegħu tal-istaġun f’livell tat-tour f’Los Cabos.

Ekonomija

Sport