Monday, November 2, 2026
Home Sport Joseph Tabone jirbaħ il-kompetizzjoni 1 x 1 tal-Boċċi

Joseph Tabone jirbaħ il-kompetizzjoni 1 x 1 tal-Boċċi

0
47

Joseph Tabone ta’ Għaxaq sar Champion ta’ Malta tal-Knock-Out Individwali tal-boċċi għall-ħames darba fil-karriera tiegħu wara li fil-finali għeleb lil Owen Bezzina ta’ St Peter’s Żabbar 21-15.

Il-finali ntlagħbet fil-pitch ta’ Bormla quddiem attendenza sabiħa ta’ dilettanti ta’ din il-logħba tradizzjonali Maltija.

Għal Tabone dan kien suċċess ieħor prestiġjuż f’karriera mimlija unuri. Huwa kien diġà rebaħ din il-kompetizzjoni fl-2015, 2022, 2023 u 2024, biex issa żied it-titlu tal-2026.

Min-naħa tiegħu, Bezzina kien qed jilgħab fl-ewwel finali tiegħu.

Il-konfront kien ikkontrollat mir-referee Dillon Abela, assistit minn Redeemer Azzopardi.

Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tal-unuri mill-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi, CJ Saliba, lil Tabone bħala champion kif ukoll lill-finalist Owen Bezzina.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here