Monday, November 2, 2026
Home Sport MAFA: Valletta St Paul’s jirbħu d-derby tal-kapitali

MAFA: Valletta St Paul’s jirbħu d-derby tal-kapitali

0
57

Valletta St Paul’s komplew bil-bidu perfett tagħhom fil-Kampjonat MAFA tal-Ewwel Diviżjoni meta għelbu lir-rivali Valletta Stars St Dominics 2-0 fil-ground ta’ Marsaxlokk.

Diego Fernando Pereira fetaħ l-iskor fis-16-il minuta, filwaqt li Andrew Ejike Obetta rdoppja fis-26 minuta. B’din ir-rebħa, St Paul’s kisbu t-tieni suċċess konsekuttiv mingħajr ma għadhom sofrew gowl.

Marsa St Michael ukoll komplew bil-bidu pożittiv tagħhom b’rebħa kbira ta’ 4-0 kontra Swieqi United AFC. Maykon Cezario da Silva kien il-protagonist assolut hekk kif skorja l-erba’ gowls ta’ Marsa fis-16, l-24, id-29 u t-43 minuta.

Attard Edex Kings kisbu t-tieni rebħa tagħhom tal-istaġun meta għelbu lil Senglea Gunners 1-0. Juan Navarro Mulero skorja l-uniku gowl tal-partita fis-16-il minuta.

Fit-Tieni Diviżjoni, Balluta Barracudas komplew jiddominaw hekk kif għelbu lil Gżira Black Bulls 6-0. Andrea Lorefice kellu wirja mill-aqwa b’ħames gowls, filwaqt li Timothy Zammit Lupi skorja l-ieħor.

Ħamrun Sporting kisbu l-ewwel rebħa tagħhom meta għelbu lil Gudja Wanderers 3-1. Ian Cassar, Denis Duha u Christian Camilo Osorio Palacio skorjaw għal Ħamrun wara li Gregory David Salinas Cassiani kien fetaħ l-iskor għal Gudja.

Intant, Sliema NB u San Ġwann Pro Evolution Academy spiċċaw 1-1, b’Lumen Gauthier Ndombol jiskorja għal San Ġwann u Verissimo de Sousa jġib id-draw għal Sliema.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI

Valletta St Paul’s – 9 punti
Marsa St Michael – 7
Attard Edex Kings – 6
San Ġiljan Saints – 4
Senglea Gunners – 3
Valletta Stars St Dominics – 0
Swieqi United AFC – 0

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI

Balluta Barracudas – 9 punti
Sliema NB – 5
Naxxar Victorians – 4
Ħamrun Sporting – 4
San Ġwann Pro Evolution Academy – 3
Gudja Wanderers – 1
Gżira Black Bulls – 0

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here