Thursday, May 2, 2024

Attakk suwiċida f’ristorant fil-Kongo f’Jum il-Milied iħalli sitta mejta

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Uffiċjali mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo qalu li minn tal-inqas sitt persuni mietu f’attakk suwiċida permezz ta’ bomba f’ristorant fil-belt ta’ Beni. 

Il-Pulizija żammet lill-persuna li kellha l-bomba milli tidħol fil-binja iżda sploda lilu nnifsu fid-daħla tar-ristorant fejn qatel lilu nnifsu u ħames persuni oħra. F’dan l-inċident weġġgħu 13-il persuna oħra. 

L-uffiċjali tefgħu l-ħtija tal-attakk tas-Sibt fuq il-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp militanti li jingħat li hu marbut mal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (IS).  Sa issa l-ebda grupp ma ħa responsabbiltà tal-attakk. 

Xhieda li kienu fuq il-post qalu li aktar minn 30 persuna kienu qed jiċċelebraw Jum il-Milied fir-ristorant “In Box” meta splodiet il-bomba. Fir-ristorant kien hemm ukoll tfal u uffiċjali lokali.

Sport