Monday, December 23, 2024

Attakk suwiċida fuq skola fl-Afganistan

Aqra wkoll

Mill-inqas 17-il persuna ġew maqtulin u 26 oħrajn midrubin hekk kif seħħ attakk suwiċida fuq skola fl-Afganistan.

L-atakk seħħ fil-belt ta’ Aybak liema belt jinsab fil-provinċja ta’ Samangan. Jidher li l-attakk seħħ waqt li n-nies u studenti kienu ħerġin mill-post fejn isir it-talb.

Il-maġġoranza tal-vittmi huma tfal bejn 9 snin u 15-il sena. S’issa l-ebda grupp ma refa’ r-responsabbilità ta’ dan l-attakk.

Tabib li tkellem mal-aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali qal li dak li ra b’għajnejh hu diffiċli biex jinsih. Hu sostna li ħafna tfal li sfaw vittmi lanqas biss kienu jintgħarfu.

Il-Ministru tal-Intern Abdul Nafee Takkur qal li l-Gvern se jkun qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex jiġu ddentifikati l-persuni li wettaqu dan l-attakk.

Wara li t-Talibani reġgħu ħadu l-poter f’idejh kien hemm żieda qawwija fl-attakk suwiċida.

Ekonomija

Sport