Thursday, November 14, 2024

Attendenza numeruża għall-Karnival fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Bosta kienu dawk li llejla nġabru quddiem il-Knisja Parrokjali taż-Żurrieq, hekk kif ġie organizzat għall-ewwel darba l-karnival.

Fit-toroq tal-madwar, wieħed seta’ jara diversi karrijiet u installazzjonijiet karnivaleski u żfin brijuż, bis-sehem ta’ diversi skejjel taż-żfin.

F’kumment ma’ dan is-sit aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u Gvern Lokali, Owen Bonnici saħaq fuq l-importanza tat-tixrid tal-kultura fil-lokalitajiet, inkluż dak taż-Żejtun.

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-Prim Ministru Robert Abela li tkellem ukoll man-nies preżenti.

Il-Karnival ta’ Malta se jittella’ l-Belt Valletta bejn il-Ġimgħa 9 u t-Tlieta 13 ta’ Frar.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport