Wednesday, July 24, 2024

Jittellgħu l-poloz tal-UEFA Nations League

Aqra wkoll

Il-Ħamis, f’Pariġi ttellgħu l-poloz tar-raba’ edizzjoni tal-UEFA Nations Lea­gue 2024-25 fejn ir-rebbieħa preżenti, Spanja, kif ukoll ir-rebbieħa renjanti tal-Euro 2020, l-Italja, telgħu fi gruppi xi ftit jew wisq diffiċli.

F’League A G4, Spanja se jkollhom magħ­hom lid-Danimarka, l-Isvizzera u lis-Serbja li fil-ġurnata tagħhom kollha kapaċi joffru oppożizzjoni denja għalkemm l-Ispanjoli għandhom it-tradizzjoni li kapaċi jirbħu dawn l-unuri tant li huma wieħed mill-ftit pajjiżi li rebħu kollox: Tazza tad-Dinja, Euros u Nations League.

L-Italja, li issa jinsabu taħt il-gwida ta’ Luciano Spalletti, għandhom magħhom lill-Belġju, Franza u Iżrael fejn l-iktar dgħajfa huma dawn tal-aħħar.

Anke ż-żewġ gruppi l-oħra minn League A huma bilanċjati fejn f’dak G1 hemm il-Kroazja, il-Portugall, il-Polonja u l-Iskozja waqt li G3 jikkonsisti fl-Olanda, l-Ungerija, il-Ġermanja u l-Bosnja, fejn jidher li l-promozzjoni hija bejn l-Tulipani u l-Ġermanżi.

L-Ingilterra, li tinsab f’League 2, tidher li għandha terġa’ lura f’League A meta magħhom hemm il-Finalndja, l-Irlanda u l-Greċja li ħadd minnhom ma huwa fost l-elite tal-Ewropa.

F’League C il-gruppi huma ferm bilanċjati tant li tneħħi t-timijiet li kienu f’Pot 4 l-oħrajn huma kollha validi li jistgħu jiksbu l-promozzjoni.

MALTA FI GRUPP BEJN TLIET TIMIJIET

Għall-ewwel darba mindu bdiet tieħu   sehem fil-kompetizzjonijiet tal-FIFA u tal-UEFA, Malta telgħet fi grupp kompost minn tliet timijiet li jfisser li se nilagħbu erba’ logħbiet biss, tnejn home u tnejn away, wara li fl-aħħar edizzjoni morna viċin il-promozzjoni meta spiċċajna fit-tieni post wara l-Faroe Islands.

Fin-nuqqas ta’ logħbiet f’din il-kompetizzjoni l-MFA se jkollha tirranġa xi logħbiet ta’ ħbiberija biex timla l-ġranet li ma tkunx impenjata fil-waqfiet internazzjonali.

L-avversarji ta’ Malta f’League D2 huma l-Moldova u Andorra li magħhom għandna rekord kuntrastuż għall-fatt li kontra tal-ewwel lgħabna tmienja, irbaħna darba, ġejna draw tliet darbiet u tlifna erbgħa. F’dawk li huma goals il-Maltin skorjaw sitta u l-Moldova disgħa.

Kontra Andorra r-rekord huwa favur Malta li minn erba’ logħbiet rebħu darba u ġew tliet darbiet bil-goals 5-3 favur tagħna.

Intant l-aħħar żewġ konfronti kienu minn din il-kompetizzjoni li Malta rebħet 3-0 f’Ta’ Qali u draw ta’ 0-0 f’Andorra.

Il-poloz kollha irriżultaw hekk”

League A

Group A1: Kroazja, Portugall, Polonja, Skozja

Group A2: Italja, Belġju, Franza, Iżrael

Group A3: Olanda, Ungerija, Ġermanja, Bosnia

Group A4: Spanja, Danimarka, Svizzera, Serbja

League B

Group B1: Repubblika Ċeka, Ukrajna, Albanija, Georgia

Group B2: Ingilterra, Finlandja, Irlanda, Greċja

Group B3: Awstrija, Norveġja, Slovenja, Kazakhstan

Group B4: Wales, Islanda, Montenegro, Turkija

League C

Group C1: Svezja, Azerbaijan, Slovakkja, Estonja,

Group C2: Rumanija, Kosovo, Ċipru, Litwanja/Ġibiltá

Group C3: Lussemburgu, Bulgarija, Irlanda ta’ Fuq, Belarus

Group C4: Armenja, Faroe Island, Maċedonja, Latvja

League D

Group D1: Litwanja/Ġibiltá, San Marino, Liechtenstein

Group D2: Moldova, Malta, Andorra

Ekonomija

Sport