Friday, July 26, 2024

FA Trophy: Rebħa komda għal Hamrun S. fuq Gudja U.

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ….3

Gudja United …….….0

Hamrun Spartans saru l-aħħar team li kkwalifika għall-kwarti-finali tal-Izibet FA Trophy meta kif kien mistenni għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 2-0.

Dan il-konfront laqqa’ lit-team li qed jillidja l-BOV Kampjonat Premier kontra dak li jinsab fil-qiegħ tal-klassifika.  Id-differenza kienet waħda evidenti hekk kif il-Gudjani rari resqu lejn il-lasti avversarji.

U inċidentalment, il-Ħadd, dawn iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu f’konfront tal-kampjonat.

B’din ir-rebħa, l-Ispartans għadhom biċ-ċans li jirreġistraw it-Treble hekk kif jimmiraw ukoll li jirbħu din il-kompetizzjonio għas-seba’ darba.

Intant, sa mis-suffara inizjali huma għam­lu l-intenzjonijiet tagħhom ċaru u wara biss tliet minuti resqu viċin li jiftħu l-iskor iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Uros Duranovic falliet il-mira bi ftit.

Mandankollu, it-team immexxi mill-coach, Luciano Zauri, tliet minuti wara mar fil-vantaġġ biex seta’ jamministra din il-partita.

Il-goal wasal minn azzjoni ta’ corner, bil-ballun jasal għand Elionay Freitas Da Silva li għeleb lill-goalkeeper debuttant Finlandiż, Felix Lehtinen.

Imbagħad, fil-25 minuta, l-Ispartans irduppjaw minn first-timer ta’ Luke Montebello li kkonnettja tajjeb mill-cross ta’ Ryan Camenzuli.

Bil-partita mirbuħa u mitlufa, fit-tieni taqsima l-Ħamruniżi għażlu li jiddettaw l-andament tal-partita milli jippressaw, bil-goalkeeper tagħhom qatt ma mpenjat serjament.

Kien fit-93 minuta, li huma skorjaw it-tielet goal meta Ederson Domingos kien pront xeħet fix-xibka wara li l-goalkeeper Gudjan laqa’ parzjalment it-tentattiv ta’ Jonny Torres.

Hamun S.: 22-Federico Marchetti, 7-Luke Montebello (92-Trezeguet Zammit 92), 10-Joseph Essien Mbong, 14-Elionay Freitas Da Silva (25-Ederson Bruno Domingos 74), 17-Uros Duranovic (98-Jonny 68), 27-Ognjen Bjelicic, 30-Seth Paintsil. 33-Christian Rutjens, 42-Nemanja Krstic, 94-Ryan Camenzuli (28-Juan Carlos Corbalan 67) – Coach: Luciano Zauri

Gudja U.: 1-Felix Lehtinen, 5-Armando Brenner, 12-Luca Gatt, 17-Josimar Aldair Quintero (10-Gianluca Lorenzoni 73), 22-Ricardo Fernandes, 27-Saviour Nwafor (19-Mathias Conti 74), 28-Rodriguez Nantelamio, 39-Zak Grech (23-Neil Tabone 64), 77-Aidan Jake Friggieri (7-Shaisen Attard 64), 88-Mirko Esposito (21-Joseph Attard 77), 92-Godwin Joseph Ime – Coach: Renzo Kerr-Cumbo

Referee: Emanuel Grech

Ass. Referees: Luke Portelli, Kurt Saliba

Raba’ Uffiċjal: Glen Tonna

Skorers: E. Freitas Da Silva 6, L. Montebello 25, E. B. Domingos 93 (H)

Ammoniti: C. Rutjens (H)

Ekonomija

Sport