Wednesday, April 24, 2024

Attenti minn messaġġi qarrieqa dwar l-għoti tal-vaċċin

Aqra wkoll

Bosta persuni rrappurtaw il-fatt li rċevew messaġġ fejn fih intqal li qed ikunu aċċettati walk-ins għall-booster tal-vaċċin tal-Covid-19.

Kif jidher f’din il-grafika, fil-messaġġ jingħat li n-nies għandhom jmorru jitlaqqmu miċ-ċentri ta’ tilqim tal-Università u anke f’Għawdex, bejn it-8:30a.m. u t-3:00p.m.

Dawn il-messaġġi huma foloz u mhux uffiċjali.

L-awtoritajiet tas-saħħa spjegaw li bħalissa l-booster qed jingħata lill-kategoriji partikolari u min jirċievi l-appuntament jirċevih minn VACCINE u minn ebda numru ieħor. Żiedu jgħidu li min jirċievi l-appuntament ikollu n-numru tal-karta tal-identità, il-ħin u l-post.

Sport