Lil hinn mill-konferenza tal-COP26, l-attivisti favur il-klima baxxew it-tajers ta’ vetturi “lussużi” pparkjati f’Glasgow sabiex joħolqu kuxjenza dwar id-dħaħen tal-karbonju waqt is-summit.
Il-pulizija fl-Iskozja kkonfermat li hija konxja tal-inċidenti rrapurtati u li madwar 60 SUV spiċċaw bit-tajers imniżżlin.
L-ispiżjar Jamie MacConnacher tkellem fil-mezzi tax-xandir fl-Iskozja u qal li fl-aħħar sigħat irritorna għall-karozza u skopra li kellu ż-żewġ tajers tal-karozza ta’ quddiem tiegħu mniżżlin.