Sunday, December 22, 2024

Atturi fil-periklu tal-mewt waqt li kienu qegħdin jaħdmu f’Romeo and Juliet fl-Ungerija

Aqra wkoll

Żewġ atturi spiċċaw fil-periklu tal-mewt hekk kif kienu qegħdin jaħdmu fi produzzjoni ta’ Romeo and Juliet fl-Ungerija. Huma kellhom jittieħdu l-Isptar b’urġenza wara li ċediet il-gallerija li kienu fuqha fuq il-palk.

Júlia Szász ta’ 28 li kienet qed taħdem il-pari ta’ Juliet, u Otto Lajos Horváth ta’ 60 sena li kien qiegħed jaħdem il-parti ta’ Lord Capulet waqgħu minn fuq gallerija fit-tieni att tal-produzzjoni.

Fuq il-post marru numru ta’ paramediċi mill-kapitali Budapest fejn mill-ewwel indunjaw li t-tnejn li huma kienu fil-periklu tal-mewt.

Kellliem għall-produzzjoni qal li għalkemm id-dettalji eżatti tal-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa, iż-żewġ atturi għandhom bżonn operazzjoni, iżda qabel ma jsir dan iridu jiġu f’kundizzjoni stabbli.

Il-Ministru tal-Kultura Ungeriż János Csák qal li hu qiegħed f’kuntatt mad-diretturi tat-teatru kif ukoll ħabbar li kien żar lil atturi l-isptar.

Ekonomija

Sport