Thursday, November 14, 2024

Spalla mas-sajjieda fl-aħjar interess tal-konsumatur

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tkellmet dwar kif fl-2022 tqassmu mas-€700,000 f’għajnuna lis-sajjieda biex tittaffielhom iż-żieda fl-ispiża tal-fjuwil tagħhom u kif matul din is-sena sar investiment fihom ta’ €1 miljun oħra.

Spjegat li din kienet miżura li warajha kien hemm l-interess tal-konsumatur Malti u Għawdxi għax mingħajr din l-għajnuna l-prezz ta’ ħut bħalma huwa l-lampuka kien jirdoppja dan is-sajf. Spjegat ukoll li minħabba l-kunflitti kbar barra minn xtutna, is-sajjieda spiċċaw vittmi b’żieda fil-prezzijiet fejn jidħol l-għalf u materjal ieħor li jintuża u għalhekk ftit tal-jiem ilu tnediet skema li minnha kull sajjied seta’ jibbenefika minn massimu ta’ €6,000.

Fost diversi skemi oħra hija semmiet dik tal-għajnuna liż-żgħażagħ li jiġu biex jixtru l-ewwel bastiment u assistenza lil dawk is-sajjieda li jagħżlu li jħarrġu liż-żgħażagħ interessati biex issir il-qabża minn passatemp lejn xogħol li jiggarantixxi l-istabbiltà fil-produzzjoni tal-ikel. Miżuri oħra jinkludu allokazzjoni ta’ fondi li jsaħħu l-infrastruttura għas-sajjieda li mhux biss tgħin lilhom, iżda ssebbaħ ukoll postijiet li tradizzjonalment huma assoċjati mas-settur.

Bżonn li namministraw ir-riżorsi marittimi

Is-Segretarju Parlamentari kompliet dwar il-bżonn li bħala pajjiż nirrikonoxxu l-bżonn li nimmassimizzaw ir-riżorsi marittimi għax il-potenzjal ta’ pajjiżna f’dan is-settur huwa kbir ħafna.

Il-Budget ta’ din is-sena qiegħed jallokka investiment ta’ €1 miljun għat-twaqqif ta’ entità ġdida Aquatic Resources Malta li se tkun risponsabbli mir-riċerka u l-iżvilupp u innovazzjoni permezz ta progetti illi jiffukaw fuq sajd u akwakultura.

Ekonomija

Sport