Il-manager ta’ Arsenal Mikel Arteta ikkonferma li l-captain Pierre-Emerick Aubameyang tħalla barra mill-iskwadra għall-konfront tas-Sibt fil-Premier League ma’ Southampton minħabba raġunijiet dixxiplinarji.
Il-player ta’ 32 sena ilu ġewwa u barra mit-team dan l-istaġun fost xnigħat persistenti madwar il-futur tiegħu, filwaqt li ilu ma jiskorja goal fil-Premier League mit-22 ta’ Ottubru.
Aubameyang deher għal ħames minuti biss kontra Everton, ħela ċans tard li jsalva punt għat-team tiegħu, u tħalla barra mill-iskwadra għal kollox għall-partita tal-bietraħ wara nofsinhar ma’ Southampton.
Meta tkellem fl-intervista tiegħu ta’ qabel il-partita, Arteta kkonferma li n-nuqqas tal-captain kien minħabba “raġunijiet dixxiplinarji”, b’Aubameyang ukoll tilef it-taħriġ nhar il-Ġimgħa.
Meta mistoqsi jekk l-azzjonijiet dixxiplinari hux se jirriżultaw f’assenza ta’ logħba waħda biss, Arteta ta x’jifhem li jista’ jdum aktar, u żied: “Tibda llum.”