Thursday, March 28, 2024

Liverpool lesti li jonoraw il-klawsola ta’ release ta’ €50m ta’ Gavi

Aqra wkoll

Liverpool huma lesti li jonoraw il-klawsola ta’ release ta’ €50m tal-midfielder ta’ Barcelona, Gavi.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena qed jitqies bħala wieħed mill-aktar żgħażagħ promettenti fil-football dinji dan l-istaġun, fejn daħal fl-ewwel team ta’ Barcelona u għamel 20 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha s’issa.

Gavi diġà lagħab erba’ darbiet ukoll għal Spanja, u huwa meqjus bħala wieħed mill-istilel tal-futur minn għadd ta’ clubs ewlenin tal-Ewropa.

Barcelona għadhom ħerqana li jżommu l-players żgħażagħ tagħhom hekk kif qed jippruvaw jibnu mill-ġdid it-team taħt il-coach il-ġdid Xavi, iżda l-klawsola ta’ release ta’ Gavi ta’ inqas minn £43m hija attraenti għal numru ta’ timijiet.

Manchester United, Chelsea, Paris Saint-Germain u Bayern Munich kollha ġew akkreditati b’interess fl-internazzjonali ta’ Spanja, u Liverpool issa ngħaqdu fit-tellieqa wkoll.

Jurgen Klopp jinsab fis-suq għat-tisħiħ ta’ nofs il-ground wara t-tluq ta’ Georginio Wijnaldum fis-sajf li għadda, u r-Reds qed iqisu lil Gavi bħala akkwist attraenti minħabba l-kapaċità attwali u l-potenzjal tiegħu li jitjieb.

L-eliminazzjoni ta’ Barcelona miċ-Champions League fil-fażi tal-gruppi ġiegħlithom iwaqqfu t-taħditiet dwar kuntratt ma’ numru ta’ players – inkluż Gavi – minħabba kwistjonijiet finanzjarji.

Gavi jkun ittantat minn ċaqliq għal Anfield minħabba l-opportunità li jilgħab taħt Klopp u l-probabbiltà akbar li jirbaħ it-trofej, minbarra żieda fil-pagi f’Merseyside.

Ekonomija

Sport