Friday, April 19, 2024

Il-vittmi tal-Covid-19 jitilgħu għal 471

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 1,391.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 78 każ ġdid filwaqt li 94 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus.

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 16, bi tnejn minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa 471 wara li fl-aħħar 24 siegħa miet anzjan ta’ 82 sena waqt li kien pożittiv bil-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sas-Sibt b’kollox ingħataw 990,949 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 152,430 li huma dożi tal-booster.

Sport