Thursday, April 25, 2024

Fil-ġimgħa tal-Milied dawk minn 35 sena ’l fuq jistgħu jirreġistraw għall-booster

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mitlub jikkummenta dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li kulħadd imwerwer minħabba l-Omicon minħabba li ma nafux wisq dwaru. Huwa qal li din mhijiex biss problema ta’ pajjiżna hekk kif minn diskussjonijiet li kellu fi Brussell fl-aħħar jiem, mexxejja oħra u l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini kienu fost dawk li wrew it-tħassib tagħhom għall-fixra mgħaġġla ta’ dan il-varjant.

Il-Ministru qal li l-awtoritajiet Maltin ħadu minnufih il-prekawzjonijiet meħtieġa biex iwaqqaf l-ivjaġġar minn u lejn pajjiżi li fihom instabu każi ta’ dan il-varjant.

Fearne qal li hemm bżonn li nkomplu nieħdu t-tilqim. Qal li pajjiżna għal darba oħra qiegħed l-ewwel fl-ewropa fir-rata ta’ tilqim tal-booster. Tkellem dwar iż-żieda tal-attivitajiet soċjali, tnaqqis fl-immunità minħabba ċertu żmien mit-tieni tilqima u l-Omicron li jistgħu jwasslu għal sħaba sewda.

Il-Ministru qal li tista’ tiftaħ l-umbrella u ma tagħmilx xita, iżda jekk tagħżel li tissogra tista’ tispiċċa tieħu xi tixriba. Għalhekk f’Malta qed jitħaffef il-proċess tat-tilqim tal-booster, iżda mhux biss u spjega li minħabba żieda fl-attivitajiet soċjali f’dawn il-jiem ta’ festi, kellha tittieħed id-deċiżjoni li tirrigwarda l-ilbies tal-maskra obbligatorja.

Mill-ġimgħa tal-Milied, se jinfetħu r-reġistrazzjonijiet għal dawk kollha li għandhom 35 sena u fuqhom biex minn Jannar dawn jibdew jingħataw il-booster.

1 kumment

Comments are closed.

Sport