Friday, April 19, 2024

Grech jgħid li Abela ma jridx jaffaċċjah għal dibattitu politiku

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizjoni jikkonferma li ħa l-booster 

Waqt intervista fuq NET FM il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li għandna Prim Ministru li qiegħed jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u qiegħed ukoll jirrifjuta li jaffaċċjah għal dibattitu politiku.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal ukoll li l-investigazzjonijiet kriminali għandhom jieħdu l-eżitu tagħhom. Żied jgħid li l-Ministru Justyne Caruana għandha tirreżenja minnufih mill-kariga tagħha u filwaqt li rrefera għall-paga medja tal-għalliema, qal li Partit Nazzjonalista jara li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-persuni għax il-Partit Nazzjonalista jrid li jinvesti fl-edukaturi biex jiżdied il-livell tal-istudenti tagħna.

Tkellem ukoll dwar il-pandemija u qal li fuq naħa għandek il-gvern li ma jafx fejn sejjer u fuq in-naħa l-oħra għandek Oppożizzjoni li taf fejn sejra u determinata li tara ssalva lin-negozji. Huwa żied jgħid li bħala Oppożizzjoni ilhom isostnu li l-vaċċin waħdu mhuwiex biżżejjed fejn fost l-oħrajn importanti ħafna l-ilbies tal-maskri. Huwa nnota li pajjiżna kellu provvista tajba tal-vaċċin u tenna li dan seta’ jkun possibbli grazzi għas-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Grech ikkonferma li hu ħa l-booster u appella lill-pubbliku biex jagħmel bħalu u jitlaqqam biex inkomplu f’din il-battalja kontra dan il-virus.

Grech mill-ġdid qal li l-Oppożizzjoni hija kontra l-liġi tal-kannabis għax jemmnu li din il-liġi se “tinnormalizza l-użu tal-kannabis”. Huwa qal li nhar it-Tlieta, “Partit Nazzjonalista maqgħud se jkun qiegħed jagħti l-opinoni tiegħu dwar din il-liġi”.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar iż-żieda fl-għoli tal-ħajja. Huwa qal li n-nies qiegħda tintebaħ li ċertu prodotti qegħdin jogħlew b’rata allarmanti u għalhekk il-gvern jeħtieġ li jindirizza din il-problema. Żied jgħid li bħala Oppożizzjoni ddiskutew mal-persuni fl-industrija u sostna li biex din il-problema tissolva, Partit Nazzjonalista fil-gvern iwaqqaf fond li fl-ewwel sena tiegħu ikun ta’ €40 miljun għall-intraprendituri biex jgħinhom jindirirzzaw l-isfidi tagħhom biex ikun jistgħu jkollhom konroll aħjar fuq il-prezzijiet li joffru lill-klijenti tagħhom.

Grech qal li pajjiżna għandu bżonn bidla u li hu bħala Prim Ministru jista’ jwassal biex ikollna gvern ħieles bi nfieq għaqli ta’ flus il-poplu.

1 kumment

Comments are closed.

Sport