Thursday, March 28, 2024

Mill-anqas tliet persuni jmutu fi splużjoni fi Sqallija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-anqas tliet persuni mietu wara li żewġ binjiet fir-raħal ta’ Rakvanusa fi Sqallija ġġarrfu kawża ta’ splużjoni.

Skont l-ewwel rapporti jidher li hemm sitt persuni nieqsa, filwaqt li l-pumpiera rnexxielhom isalvaw żewġ persuni minn taħt it-tifrik.

Qiegħed ikun maħsub li l-kawża ta’ dan l-inċident traġiku kien ħruġ ta’ gas li kkawża splużjoni fir-raħal li fih jabitaw mal-11,000 persuna.

Il-pumpiera jinsabu għaddejjin bit-tfittxija tagħhom għal dawk li għadhom rapurtati neqsin.

Ekonomija

Sport