Wednesday, April 24, 2024

Iħejju ikla lill-Ministru biex juru l-abbiltajiet tagħhom

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Meta nitkellmu dwar vuċi b’saħħitha lil persuni b’diżabbilità nitkellmu dwar vuċi b’saħħitha b’mod tanġibbli”, spjegat dan il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-ħajja waqt li spjegat dwar attività li kompliet tikkonferma l-ħidma ta’ dan il-gvern biex dawn il-persuni jitgħallmu jgħixu ħajja indipendenti.

Waqt din l-attività fil-ġimgħa li fiha ġiet iċċelebrata l-ġimgħa għall-persuni b’diżabbilità, ir-residenti fiċ-ċentru tas-swatar tal-Aġenzija Sapport ħejjew ikla għall-Ministru kif ukoll għall-Kap Eżekuttiv tal-istess aġenzija.

Farrugia Portelli tenniet tgħid li din l-attività tikkonferma kemm dan huwa programm ħaj fejn persuna b’diżabbilità tkun kapaċi tmur tagħmel ix-xirja u saħansitra tipprepara ikla bnina filwaqt li ssaħħaħ il-valuri l-oħra tal-ħajja ta’ kuljum.

Sport