Friday, April 26, 2024

Djoċesi fi Sqallija tiskuża ruħha wara li Isqof qal lit-tfal li Santa Klaws ma jeżistix

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Djoċesi Kattolika Rumana fi Sqallija skużat ruħha wara li ħarġu rapporti li l-Isqof tagħha kien qal lit-tfal li Santa Klaws ma jeżistix.

F’post fuq Facebook, id-Djoċesi ta’ Noto qalet li l-intenzjoni tal-Isqof Antonio Stagliano ma kinitx “li jkisser is-seħer tal-Milied għat-tfal żgħar.”

Id-Direttur tal-Komunikazzjoni tad-Djoċesi Alessandro Paolino esprima “s-sogħba” tiegħu għal din id-dikjarazzjoni u qal li l-Isqof kien qed jipprova jirrifletti fuq it-tifsira akbar tal-Milied “li jibda mill-figura storika ta’ San Nikola li jqassam ir-rigali lill-fqar.” 

“Żgur m’għandniex innaqsu l-immaġinazzjoni tat-tfal, imma nieħdu minnha eżempji tajbin li huma pożittivi għall-ħajja,” qal Paolino filwaqt li żied jgħid li minn Santa Klaws in-nies għandhom jieħdu tagħlima dwar l-għoti u l-qsim ta’ ħaddieħor minflok il-konsumeriżmu. 

Filwaqt li bosta laqgħu l-attentat tal-Isqof li jiffoka fuq it-tifsira Kattolika tal-Milied, oħrajn tawh tort talli ndaħal fit-tradizzjonijiet u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-familji u kisser l-ispirtu tat-tfal li s-snin bikrija tagħhom ġew imfixkla mill-pandemija.

Sport