Saturday, December 21, 2024

Auckland fi New Zealand tilqa’ s-sena 2024

Aqra wkoll

Mat-tokki ta’ nofsinhar (ħin ta’ Malta) il-belt ta’ Auckland fi New Zealand laqgħet is-sena l-ġdida fejn kien hemm spettaklu kbir tal-logħob tan-nar.

Minn hawn ‘il quddiem id-dinja, pajjiż wara pajjiż jibdew jilqgħu s-sena l-ġdid.

Miljuni kbar ta’ persuni bħal lum joħorġu fil-pjazez ewlenin biex jiċċelebbraw il-bidu tas-sena l-ġdida. Fil-belt ta’ Sydney fl-Awstralja li wkoll hija waħda mill-ewwel bliet li se tilqa’ s-sena l-ġdida nġabru eluf kbar ta’ persuni.

Intant madwar l-Ewropa li f’ħafna bliet ewlenin se jkunu qegħdin isiru ċelebrazzjonijiet kbar hemm sigurtà kbira minħabba biża’ ta’ attakki terroristiċi l-aktar minħabba dak li qiegħed isir fil-Lvant Nofsani.

Fil-fatt fil-belt ta’ Pariġi hu stamt li se jkun hemm aktar minn 6,000 uffiċjal tal-pulizija u forzi tal-ordni. Madwar Franza kollha imbgħad hu stmat li se jkun hemm aktar minn 90,000 uffiċjal tas-sigurtà.

Il-Qofol taċ-ċelebrazzjonijiet f’Pariġi se jsiru f’Champs Elysees filwaqt li f’Londra se jsiru qrib sew il-Big Ben biex mat-tokki ta’ nofsillejl isiru ċelebrazzjonijiet kbar.

Intant, Geràld Darmanin, il-Ministeru għall-Intern Franċiż qal li hemm periklu għoli ħafna ta’ xi attakk terroristiku u għalhekk ħeġġeġ lin-nies biex filwaqt li jiċċelebbraw bl-aħjar mod jibqgħu viġilanti.

Ekonomija

Sport