Rafael Nadal rebaħ rekord ta’ 21 titlu Grand Slam tal-irġiel bl-aktar mod drammatiku meta dawwar telfa f’rebħa biex għeleb lir-Russu Daniil Medvedev f’finali klassika tal-Open tal-Awstralja.
Appoġġat minn folla qawwija ta’ Melbourne, is-sitt seed Nadal ħareġ rebbieħ 2-6 6-7 (5-7) 6-4 6-4 7-5 fuq Rod Laver Arena.
Iċ-champion tal-US Open Medvedev kien qed jimmira għat-tieni Grand Slam konsekuttiv.
Medvedev, ta’ 25 sena, kien fil-kmand qabel Nadal wera l-qawwa kollha b’rinomata straordinarja biex ħareġ rebbieħ f’din ta’ ħames sigħat u 14-il minuta.
L-Ispanjol ta’ 35 sena kien fiċ-ċentru ta’ wħud mill-aktar trijonfi inkredibbli ta’ dan l-isport – iżda din żgur tinżel bħala l-aqwa rebħa tal-Grand Slam tal-karriera illustri tiegħu.
Fin-nuqqas tad-deportat Novak Djokovic u l-imweġġa’ Roger Federer f’Melbourne, issa Nadal rebaħ Grand Slam aktar minnhom.
Il-kisba ta’ Nadal waslet biss ftit xhur wara li ħaseb li qatt ma kien se jkun jista’ jirritorna għat-tour minħabba injury f’siequ.