Fl-ewwel dehra taħt id-dwal tar-Rod Laver Arena, l-akbar mument tal-karriera żagħżugħa li qed tiffjorixxi, Linda Noskova qamet għall-okkażjoni u lagħbet logħba brillanti biex eliminat lin-numru wieħed tad-dinja, il-Pollakka, Iga Swiatek, 3-6, 6. 6-3, 6-4, biex laħqet ir-raba’ round tal-Australian Open li qed isir f’Melbourne, għall-ewwel darba.
Ta’ 19-il sena, Noskova hija l-ogħla player klassifikata fil-mewġa li jmiss ta’ stilel Ċeki li qed jiffjorixxu u waħda mill-aqwa players żgħażagħ fid-dinja.
Wara li stabbiliet ruħha fl-aqwa 50 is-sena l-oħra, kienet biss kwistjoni ta’ żmien qabel ma n-numru 50 tad-dinja żdiedet u pproduċiet rebħa kbira. Fil-karriera qasira tagħha, Noskova kisbet tliet rebħiet preċedenti fuq players fl-aqwa 10.
Il-konfront kollu Ċiniż ra lil Zheng Qinwen tegħleb lil Wang Yafan biex għaddiet għall-Aħħar 16. Zheng issiġillat ir-rebħa fit-tie-break tat-tielet set, 6-4 2-6 7-6 (10-8).
Zheng issa se tilgħab man-numru 95 tad-dinja, il-Franċiża Oceane Dodin, fir-raba’ round wara li din għelbet lill-kompatrijotta tagħha, Clara Burel, 6-2 6-4.
Ir-Russa Anna Kalinskaya għelbet lill-Amerikana Sloane Stephens 6-7 (8-10) 6-1 6-4 wara li tilfet l-ewwel set bit-Taljana, Jasmine Paolini, tistenna lil Kalinskaya fir-round li jmiss.
Paolini laħqet l-ewwel Grand Slam tagħha fir-raba’ round billi għelbet lir-Russa Anna Blinkova, li nhar il-Ħamis stordiet lil Elena Rybakina, 7-6 (7-1) 6-4.
Iċ-champion darbtejn ta’ dan l-Open, il-Belarussa Victoria Azarenka kisbet postha fir-raba’ round b’rebħa ta’ 6-1 7-5 fuq il-11-il seed, Jelena Ostapenko tal-Latvja.
Hija se tiffaċċja lill-Ukrena, Dayana Yastremska, wara li għelbet lis-27 seed, l-Amerikana Emma Navarro, 6-2 2-6 6-1.
Fl-aħħar logħba tan-nisa li ntemmet fil-10.50 pm kienet l-Ukrena Elina Svitolina li għamlet progress meta għelbet lil Viktorija Golubic tal-Isvizzera, 6-2 6-3.
ALCARAZ JGĦADDI KOMDU
Carlos Alcaraz għadda b’mod komdu għar-raba’ round għall-ewwel darba wara li l-avversarju Ċiniż, Shang Juncheng, irtira mweġġa’.
It-tieni seed Spanjol kien qed jillidja 6-1 6-1 1-0 meta l-avversarju tiegħu ta’ 18-il sena, li kien ħa timeout mediku għall-kura fuq il-koxxa tal-lemin, temm il-partita.
Kienet l-ewwel darba li Alcaraz, 20 sena, lagħab kontra player iżgħar minnu fil-livell tat-tour.
“Mhux il-mod kif xi ħadd irid javvanza,” qal iċ-champion ta’ Wimbledon, Alcaraz, issa li laħaq ir-raba’ round tal-erba’ maġġuri.
Huwa tilef dan l-Open tas-sena l-oħra b’injury f’siequ, iżda din is-sena huwa wieħed mill-favoriti biex jisfida lil Novak Djokovic għat- titlu.
“Is-sena l-oħra tlift dan it-tournament,” huwa qal. “Kont qed nara l-logħob mid-dar fuq is-sufan, xtaqt nilgħab fit-tieni ġimgħa hawn. Inħossni speċjali.”
Il-konfront tiegħu ma’ Shang fir-Rod Laver Arena dam biss 66 minuta, bil-player Ċiniż viżibilment imxekkel fil-movimenti tiegħu.
Alcaraz se jiffaċċja lil Miomir Kecmanovic għal post fil-kwarti-finali wara li s-Serb salva żewġ match points biex għeleb lill-14-il seed, l-Amerikan Tommy Paul, 6-4 3-6 2-6 7-6 (9-7) 6-0.
Il-wildcard Franċiż u numru 122 fid-dinja li elimina lit-tmien seed, Holger Rune fit-tieni round, Arthur Cazaux, elimina wkoll lit-30 seed Olandiż, Tallon Griekspoor, b’rebħa dominanti 6-3 6-3 6-1.
Cazaux, 21 sena, issa se jiltaqa’ kontra l-Pollakk, Hubert Hurkacz, wara li d-disa’ seed irkupra minn set minn taħt biex rebaħ 3-6 6-1 7-6 (7-4) 6-3 kontra l-Franċiż Ugo Humbert.
Alexander Zverev, kompla għaddej ukoll meta għeleb lill-Amerikan, Alex Michelsen, fi tliet sets, 6-2 7-6 (7-4) 6-2, fejn kien fit-tieni set li dan tal-aħħar ħabbat lill-Ġermaniż.
Daniil Medvedev sar it-tielet player Russu li għadda għall-aħħar 16 meta warrab l-isfida tal-Kanadiż, Felix Augur-Alissime, b’mod komdu, 6-3 6-4 6-3.
L-aħħar Britanniku li fadal, Cameron Norrie, elimina lin-Norveġiż ikkwotat, Casper Ruud, f’erba’ sets, 6-4 6-7 (7-9) 6-4 6-3, iżda l-Bulgaru Grigor Dimitrov, kelli jbaxxi rasu meta ltaqa’ mal-Portugiż Nuno Borges li għelbu 6-7 (3-7) 6-4 6-2 7-6. (8-6).