Il-ko-sid ta’ Manchester United, Avram Glazer, sostna li l-valur kummerċjali tal-club ma jiddependix mis-suċċess miksub fil-ground.
Waqt konferenza dwar l-investiment fl-isport organizzata minn Deutsche Bank f’Londra, Glazer argumenta li s-saħħa finanzjarja ta’ Manchester United m’għandhiex titkejjel biss mir-riżultati miksuba, u għamel paragun ma’ clubs sportivi Amerikani bħad-Dallas Cowboys.
Glazer qabbel lill-United ma’ ġganti sportivi Amerikani bħan-New York Yankees u d-Dallas Cowboys, fejn sostna li l-popolarità globali tagħhom tibqa’ b’saħħitha minkejja perjodi mingħajr rebħ ta’ unuri ewlenin.
Il-kummenti tiegħu qanqlu rabja fost il-partitarji ta’ Manchester United, li ilhom jikkritikaw lill-familja Glazer u jemmnu li l-prijorità tal-club għandha tkun ir-rebħ ta’ trofej aktar milli d-dħul kummerċjali.




