Friday, November 29, 2024

Avvanz mediku fit-trattament tal-mard pulmonari f’50 sena

Aqra wkoll

Tobba minn madwar id-dinja qed ifaħħru x-xjenza u l-avvanzi tagħha, fit-trattament tal-mard kroniku tal-pulmun hekk kif sabu mod ġdid ta’ kif jikkuraw l-ażżma serja u l-attakki simili. Dawn l-avvanzi jimmarkaw passi mediċi sinfikanti f’dawn l-aħħar 50 sena. 

Ix-xjentisti sabu li tista’ tiġi żviluppata tilqima li hija aktar effettiva mill-kura tradizzjoni bil-pilloli. Ir-riżultati, ippubblikati fil-ġurnal Lancet Respiratory Medicine, jistgħu jkunu trasformattivi għal miljuni ta’ nies li jbatu bl-ażżma u mard kroniku ieħor madwar id-dinja kollha. 

L-investigatriċi ewlenija, il-Professur Mona Bafadhel minn kulleġġ ġewwa Londra, qalet li dak kollu li qed jiġi skopert, jista’ jbiddel il-ħajja ta’ pazjenti li jbatu bl-ażżma u b’kwalunkwe mard fil-pulmun, bħalma huwa l-COPD. It-trattament għall-ażżma u l-aggravar tal-COPD ma nbidilx f’50 sena. Dan minkejja li jikkawża mat-3.8 miljun imwiet madwar id-dinja fis-sena.

Biex ġiet żviluppata t-tilqima, ġew ittestjati mal-158 persuna li kellhom bżonn attenzjoni medika għall-attakki tal-ażżma. Il-pazjenti għamlu test tad-demm ta’ malajr biex jaraw x’tip ta’ attakk kienu qed ikollhom. Intqal li l-istess tilqim, li jismu ‘Benralizumab’,  jista’ wkoll potenzjalment jiġi amministrat b’mod sigur fid-dar. 

Sport