Thursday, December 26, 2024

Avviż dwar il-ftuħ tal-uffiċini ta’ Transport Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li fl-aħħar sigħat is-servers u s-sistemi li topera bihom Transport Malta kellhom xi problemi tekniċi, l-Awtorità tixtieq tavża li llum it-28 ta’ Settembru 2020 l-uffiċini ta’ Transport Malta mhux se jkunu qed joperaw b’mod normali minħabba l-fatt li l-ebda sistema li permezz tagħha jinqdew il-klijenti mhi se tkun qed taħdem.

Minkejja dan, l-uffiċini tal-Awtorità xorta waħda se jkunu miftuħin għal min għandu bżonn jistaqsi għal xi għajnuna.

L-Awtorità tiskuża ruħha għal kull tip ta’ inkonvenjent u se tassigura li taħdem biex mill-aktar fis possibbli s-servizzi tagħha jerġgħu lura għan-normal.

Ekonomija

Sport